Sign In
Avviż​

Content Editor

Introduzzjoni – Aġ​enzija S​​e​​rv​iz​​z​​.g​ov

​​​​​​​​​​​​​​​​​Dwarna

Servizz.gov hija l-aġenzija tal-Gvern li tiġbor is-servizzi governattivi kollha fi ħdanha. Hija l-katina li torbot is-Servizz Pubbliku ta’ Malta maċ-ċittadin, bil-għan li s-servizzi governattivi jkunu iktar aċċessibbli.

Permezz ta’ Servizz.gov iċ-ċittadin jiffranka l-ħin u l-iskariġġ li jmur f’postijiet ċentrali bħall-Belt Valletta biex jinqeda.

Matul is-snin dejjem komplew jiżdiedu s-servizzi li jiġu offruti minn Servizz.gov, u għalhekk, Servizz.gov kabbar l-operat, u jmexxi 26 ċentru madwar Malta.

Servizz.gov huwa ukoll aċċessibli permezz tal-Freephone 153, tal-imejl [email protected], kif ukoll permezz tal-website www.servizz.gov.mt u l-mezzi tal-midja soċjali.

X’joffri Servizz.gov?

•         Informazzjoni dwar servizz governattiv

•         Titlob applikazzjoni jew servizz

•         Titlob appuntament ma’ espert ta’ Servizz.gov

•         Tibgħat ilment​

•         Tingħata suġġerimenti dwar servizzi tal-Gvern

 

Min jista’ juża Servizz.gov?

Kulħadd jista’ juża Servizz.gov. Servizz.gov huwa utli għal kull min għandu bżonn assistenza; kemm permezz ta’ komunikazzjoni wiċċ imb wiċċ, fuq it-telefon, l-Internet jew permezz ta’ maltapps.​​​

 

Pubblikazzjonijiet

Rapport Annwali 2025 – Servizz.gov

Ir-Rapport Annwali 2025 ta' Servizz.gov ikopri l-inizjattivi u l-proġetti li saru. Ippubblikat f'April 2026.



Pubblikazzjonijiet Preċedenti

Wieħed jista' jaċċessa pubblikazzjonijiet preċedenti ta’ Servizz.gov minn hawn. ​

Media Kit

​​​

​​​​​​​​​​​​​​​​​Strateġija ta’ 3 Snin ta’ Servizz.gov